Id-dokumentarju ‘The Giant Deep Reds‘ ta’ Chris u Maurice Micallef ġie mogħti 2 Platinum Awards kemm fil-kategorija Feature Documentary, kif ukoll fil-kategorija ta’ Trailer fil-Mindfield Film Festival li sar, fl-Istati Uniti. Dan id-dokumentarju rnexxielu wkoll jikseb id-Diamond Award għal Muntagg Viżiv. Id-dokumentarju ddettaljat jiffoka fuq kif jinqabad it-tonn kif ukoll kif jsir it-tkabbir tat-tonn fil-fish farms gewwa pajjizna. Dan id-dokumentarju ghandu filmati f’Malta, f’Carloforte-Sardinia, Salerno l-Italja, Cadiz-Spanja u s-suq ta’ Tsukiji l-Gappun.
Dawn il-premjijiet jirrikonoxxu lil dawk li joħolqu l-films li juru l-kreattività kif ukoll dawk li jipprezentaw xi haga li mhux is-soltu naraw.
S’issa ‘The Giant Deep Reds’ ngħata premijiet fil-FilmCon Awards Film Festival bhala l-aqwa trailer, fit-Topshorts Film Festival fejn gie premjat bhala l-aqwa trailer u Honourable Mention ghal Muntagg Viziv, u fil-Festigious International Film Festival fejn gie premjat bhala l-aqwa trailer u Best TV Pilot.
Dan id-dokumentarju ġie prodott minn CMM Productions, B.E.D. (Brand Expo Design) u ONE GROUP. Sal-lum il-Micallefs rebħu 282 premju fil-produzzjoni tal-films kemm lokali kif ukoll barra minn Malta.