Il-ftehim (memorandum of understanding) li kien iffirmat ma’ Vitals Global Healthcare fl-2015 għadda għand l-Awditur Ġenerali.
Ikkonferma dan kelliem għall-Gvern.
Il-ġimgħa li għaddiet l-Awditur Ġenerali qal li ma setax isib dan id-dokument, bil-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ ikkonferma li ta direzzjoni sabiex id-dokument jinstab sa tmiem il-ġurnata.
Il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li se jkun qiegħed jassigura li fi proċessi ta’ kompetizzjoni tal-futur, nuqqasijiet li tkellem dwarhom l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.