Id-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li qatt ma rrifjuta li joħroġ access cards għall-attivitajiet tal-Gvern lill-organiżazzjonijiet tal-midja reġistrati u anki lill-organiżazzjonijiet mhux rreġistrati.
Id-DOI qal dan fid-dawl tax-xhieda tal-editur tas-Shift News Caroline Muscat fl-inkjesta pubblika b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Id-Dipartiment tal-Informazzjoni spjega wkoll li huwa ma joħoroġx Press Cards, iżda joħroġ Access Cards li jintużaw f’attivitajiet tal-Gvern.
Spjegaw li hija l-kamra tal-aħbarijiet rispettiva li tiddikjara x’inhu l-irwol tal-persuna fl-organiżazzjoni u mhux id-DOI.
Qal ukoll li huwa qatt ma nsista ma siti online tal-aħbarijiet biex jirreġistraw, madankollu spjegat li s-siti li rreġistraw minn jeddhom kienu nfurmati minn qabel li r-reġistrazzjoni kienet volontarja skont il-liġi tal-midja u l-att tad-defamazzjoni.
Id-DOI qal ukoll li l-calendarju tal-Gvern jiġi aġġornat kuljum u jista’ jiġi aċċessat minn fuq is-sit tad-DOI.