Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża li wara li saru ix-xogħlijiet neċċessarji mill-Awtorità għat-Trasport biex jiġi evitat li jiskula xi ilma mis-sistema tal-ilma tax-xita u wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona tad-Dog Friendly Beach f’Baħar iċ-Ċagħaq qed terġa’ tiġi miftuħa għall-użu minn dawk li jixtiequ jieħdu l-klieb tagħhom jgħumu f’din iż-żona.