Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika javża li wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-ilma baħar tul dawn l-aħħar jiem, id-dog friendly beach f’Baħar iċ-Ċagħaq huwa tajjeb għall-għawm u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din iż-żona qed jiġi rtirat.
Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera. Barra dawn il-ħinijiet, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iċempel fuq is-sistema awtomatika 2182 7146 jew fuq il-mobile għal Malta numru +356 7950 9918 u għal Għawdex numru +356 7950 9919.