Għal ħafna huma żminijiet sbieħ dawk li ninsabu fihom. Iżda, oħrajn jiffaċjawhom b’diffikultá.
Għal ħafna id-dwejjaq tal-ħajja ma jisparixxux mal-wasla tal-Milied u filwaqt li ċ-ċelebrazzjonijiet żejda jaf idejjqu lil xi wħud l-iktar li jaffetwa huwa t-tul tal-ġurnata.
Dwar dan tkellem il-psikjatra Anton Grech li fil-programm Pjazza ħa sehem ma’ rappreżentanta tal-Appoġġ li tkellmet dwar telefonati ta’ nies jheddu li jtemmu ħajjithom.