Fi stqarrija t-Tnejn filgħodu, id-Djoċesi t’Għawdex reġgħet fakkret il-pożizzjoni tagħha fuq id-diskussjonijiet li qed isiru bħalissa rigward il-bini bejn il-mina ta’ bejn Malta u Għawdex.
Fost il-punti li tennew il-Kappillani ta’ Għawdex fil-komunikat insibu:
Li huma “jemmnu illi l-ekonomija tal-gżira t’Għawdex, b’aċċessibbiltà aħjar, tista’ timxi b’ritmu aktar mgħaġġel hekk li tipparteċipa b’mod sħiħ fil-progress akkwistat fin-nazzjon, anzi tikkontribwixxi biex dan iseħħ”
U li “japprezzaw id-diskussjoni pubblika li għaddejja bħalissa dwar il-possibbiltà li l-gżejjer ta’ Għawdex u Malta jingħaqdu b’mod permanenti u jaqblu illi għandu jsir studju komprensiv biex jittieħdu deċiżjonijiet informati dwar l-impatt li deċiżjoni ta’ din ix-xorta jista’ jkollha fuq l-ambjent, l-ekonomija u s-soċjetà Għawdxija u biex jiġu evalwati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi li din id-deċiżjoni tista’ ġġib.”