Id-Djoċesi ta’ New Jersey aċċettat li tħallas sebgħa u tmenin punt ħames miljun dollaru lil mijiet ta’ nies li ġew abbużati sesswalment minn membri tal-kleru.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif il-knisja fi New Jersey qed tiġi akkużata li ilha s-snin twal taħbi dawn it-tip ta’ abbużi sesswali minn membri fi ħdanha u għal dan hija talbet skuża lill-vittmi u lill-familji tagħhom.
Il-ħlas ta’ kumpens se jingħata lil 300 vittma u se jitqassmu fuq medda ta’ erba’ snin.
F’dan kollu sar qbil ukoll sabiex it-tfal vittmi jingħataw il-protezzjoni meħtieġa.