Id-diżastru li qed iħalli t-tixrid taż-żejt fil-baħar viċin il-Perù huwa ferm agħar minn dak maħsub.
Il-Ministru għall-Ambjent Peruvjan qal li kważi mat-12,000 barmil żejt nixxew fil-baħar minn tanker ġimagħtejn ilu.
Dan id-diżastru seħħ wara li t-tanker, li huwa tal-kumpanija taż-żejt Spanjola Respol, intlaqat mill-mewġ ikkawżati mill-iżbroff tal-vulkan f’Tonga fl-14 ta’ Jannar.
Fil-fatt, it-tixrid taż-żejt qatel ħafna ħut u anke għasafar tal-baħar.
Il-Perù talab għall-kumpens filwaqt li l-prosekuturi fetħu investigazzjoni dwar l-irwol tal-kumpanija Repsol f’dan l-inċident. Repsol qalet li se tikkopera bis-sħiħ ma’ kwalunkwe investigazzjoni, filwaqt li tenniew li diġà qed tati sehemha fi stadji preliminari.