Fit-28 ta’ Mejju tal-2011, il-poplu Malti vvota għall-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju.
Sal-2015 b’kollox kien hemm 1,653 talba għal divorzju, b’7 biss minn dawn jiġu miċħuda.
Kif tgħid il-liġi, il-Qorti tapprova divorzju fuq il-kriterji li koppja trid tkun għamlet mill-inqas erba’ snin jgħixu separatament, m’hemm ebda tama ta’ rikonċiljazzjoni u jiġi onorat il-kuntratt ta’ separazzjoni li jingħata qabel id-divorzju fejn jidħol manteniment tat-tfal.
Biex idaħħal dan id-dritt f’pajjiżna kien hemm kampanja ta’ dawk favur, u kontra d-divorzju.
Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri li ppartecipat bis-sħiħ fil-kampanja favur id-divorzju.
https://youtu.be/ZN-F6lcL6aI