Id-Diviżjoni tas-Saħħa avżat lill-pubbliku dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu fix-xhur tas-sajf. It-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf tal-ilma mill-ġisem li jista’ jirriżulta f’li wieħed jixxotta (dehydration). Is-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd, speċjalment anzjani, trabi, tfal żgħar, u persuni li qed ibatu minn xi kundizzjoni kronika jew li huma attivi ħafna.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti, huwa importanti li:
• Jekk hu possibbli wieħed għandu jevita li joħroġ barra bejn l-10:00am u l-4.00pm;
• Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fil-post tax-xogħol;
• Tixrob regolarment u tiekol ikel frisk;
• F’każ ta’ dubju tikkonsulta ma’ tabib.