Ftit aktar minn sitt sigħat mill-ftuħ tal-ewwel kaxxi tal-għadd tal-voti, u ftit sigħat mit-tħabbira tar-rebħa kbira għall-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali, ċifra indikattiva tal-Partit Laburista turi li d-distakk hu ta’ 41,685 vot.
Din l-indikazzjoni qed tagħti x’tifhem li d-distakk huwa l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ’l hawn.
Skont dawn iċ-ċifri indikattivi l-Partit Laburista kiseb 55.9% u l-Partit Nazzjonalista kiseb 41.7%.
Dan ifisser li Robert Abela se jkollu l-akbar mandat elettorali fl-istorja sa mill-Indipendenza ‘l hawn