Hekk kif għaddew ħames xhur mindu saret l-elezzjoni ġenerali, qed jirriżulta li d-distakk bejn il-PL u l-PN kompla jikber. Stħarrig ippubblikat fit-Torċa tal-lum, wera li d-distakk kiber għall-75,000 vot.
L-istħarirġ ħareġ li jekk ikollha ssir elezzjoni għada, 51.4% tan-nies qalu li jivvutaw lill-Partit Laburista filwaqt li 22.3% qalu li lesti jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista.
Dr. Vincent Marmara qal li d-distakk bejn il-partiti żdied b’wieħed b’saħħtu għal zewġ raġunijiet prinċipali; bl-ewwel fattur ikun li madwar ħdax-il elf votant li vvuttaw lill-PN fit-3 ta’ Gunju li għadda, f’każ ta’ elezzjoni għada, jivvuttaw lill-PL. Barra minn hekk, huma madwar elfejn votant biss li lesti jaqilbu l-vot tagħhom mill-PL ghall-PN. Madankollu Dr. Marmara stqarr li hemm numru ta votanti li vvuttaw lill-PN f’Gunju u ddikjaraw li f’kaz ta’ elezzzjoni għada ma jivvuttaw lil ħadd.