Ir-Renju Unit se jkun qed jipprojbixxi d-disposable vapes minħabba l-effetti ferm negattivi li qed ikollhom kemm fuq min jixtrihom, inkluż żgħażagħ li jakkwistawhom illegalment, u anke fuq l-ambjent.
Il-Gvern tar-Renju Unit mistenni jressaq din il-projbizzjoni fil-Parlament il-ġimgħa d-dieħla, wara li rapport ikkonkluda li dawn il-vapes huma mmirati għat-tfal.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Gazzetti Ingliżi kienu rrappurtaw kif kull ġimgħa madwar 5 miljun disposable vape qed jintremew madwar ir-Renju Unit kollu.
Ritratt: Christopher Furlong/Getty Images