Id-diskors tal-Budget għas-sena d-dieħla, bit-tema Malta Ċertezza u Stabbiltà, mistenni jieħu madwar sagħtejn u nofs.
Qal dan il-Ministru għall-Finanzi u Xogħol Clyde Caruana, propju meta kien dieħel fl-ogħla istituzzjoni tal-Pajjiz għall-aħħar preparamenti sabiex il-Gvern jippreżenta l-budget għas-sena 2023.
Il-Ministru Caruana qal kif id-diskors tal-budget se jinqasam fi tliet partijiet. Fl-ewwel biċċa huwa se jispjegaw il-ħidma li wettaq il-Gvern fosthom fil-qasam tal-enerġija. Wara se jkun qed jispjega in-numru ta’ miżuri soċjali u anke l-qagħda finanzjarja tal-pajjiż u l-kumplament tal-ħidma tal-Gvern.