Aktar min-nofs il-Maltin iltaqgħu ma’ diskors ta’ mibegħda fuq l-internet.
Stħarriġ tal-Ewrobarometru wera li ħamsa u ħamsin fil-mija tal-Maltin li wieġbu l-istħarriġ qalu li ltaqgħu ma’ dan id-diskors u lingwaġġ xejn sabiħ, b’kumbinazzjoni.
Malta ġiet l-ewwel f’dan l-istħarriġ segwita mir-Repubblika Ċeka, il-Bulgarija u l-Polonja.Skont dan l-istħarriġ li sar f’Ġunju li għadda, il-Maltin sostnew li l-pajjiż jeħtieġ jagħmel xi ħaġa biex ma jkomplix jinxtered materjal illegali fuq l-internet.
Din l-istatistika ħarġet jum wara li raġel Inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li għadda kummenti ta’ mibEgħda, theddid u insluti fil-konfront tal-pulizija, u li permezz tagħhom xewwex persuni oħra biex jagħmlu reat u jiksru l-liġi.
Fl-aħħar xhur kien hemm anki min instab ħati u weħel sentenza sospiża fuq diskors ta’ mibEgħda fuq facebook.
Il-liġi ta’ Malta tqis li diskors ta’ mibegħda jiġi permezz ta’ insulti u theddid lejn xi ħadd li huwa rikonoxxut bħala membru ta’ grupp li jinsab fil-minorità.