“Assistejna għal diskors ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li jixhed ċar Oppożizzjoni tal-bieraħ”.
Hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela barra l-Parlament wara d-diskors ta’ Bernard Grech fuq il-Budget fil-Parlament.
Dr Abela qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni kien negattiv u żbaljat fuq fatti bażiċi fosthom dwar miżura tant importanti fuq eżenzjoni tat-taxxa fuq proprjetà li tinsab f’żona ta’ konservazzjoni urbana.
Il-Prim Ministru saħaq li għada fid-diskors tiegħu se juri kif bħala pajjiż se nippreparaw lil Malta li verament rridu għal uliedna.