Il-Malta Women’s Lobby, organizzazzjoni ċentrali li taħdem fil-qasam tad-drittijiet tan-nisa, qalet li d-diskors li għamel fil-Parlament il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għandu effett li jkexkex u mhux aċċettabbli.
Fi stqarrija, il-MWL saħqet li n-nisa jeħtieġu bis-sħiħ l-appoġġ u l-empatija, u li kliem bħal dak ta’ Bernard Grech li joħloq id-dubju dwar in-nisa jipperpetwa l-miżoġenija, jiġifieri l-istmerrija, id-disprezz, jew il-preġudizzji li rabbew l-għeruq kontra l-bniet jew in-nisa.
L-organizzazzjoni appellat biex il-partiti politiċi jtellgħu il-kwistjonijiet relatati man-nisa aktar ’il fuq fl-aġenda tagħhom.