Id-disinjatur Għawdxi Ernest Camilleri ġie nnominat għall-premju prestiġġjuż tal-Emmys, li huma meqjusin madwar id-dinja bħala l-Oscars għat-televiżjoni.
Camilleri ġie nnominat għax-xogħol straordinarju li għamel fuq kostumi fis-serje popolari ‘Ripley’, li xxandret fuq Netflix. Fil-fatt in-nominazzjoni tiegħu hi fil-kategorija tal-Outstanding Period Costumes for a Limited or Anthology Series or Movie.
Is-76 edizzjoni tal-Emmy Awards se ssir fl-Istati Uniti tal-Amerka f’nofs Settembru.
Camilleri jġorr esperjenza kbira fis-settur, tant li kien involut f’numru ta’ produzzjonijiet internazzjonali bħall-films ta’ Hollywood ‘Captain Philips’ u ‘Assasin’s Creed’, li nħadmu wkoll f’pajjiżna, ‘Risen’, ‘The Equalizer’, ‘Fast X’ u ‘Those About to Die’, fost oħrajn.