Usain Bolt temm il-karriera Olimpika tiegħu billi rebaħ deheb oħra b’hekk ħa tlieta deheb f’kull olimpjani li ħa sehem fihom.
Id-disa’ waħda kienet id-deheb bħala parti mit-tim tal-4x100m. Bolt, li għandu 29 sena, rebaħ ukoll il-mitt metru u l-mitejn metru u huwa l-uniku persuna li rebaħ l-avveniment sprint kollha fi tliet olimpjadi. “Hemm aħna. Jien l-aqwa,” qal Bolt fi tmiem l-aħħar Olimpjadi tiegħu. Dan għax Bolt ikkonferma li se jirtira wara t-Tazza tad-Dinja f’Londra s-sena d-dieħla iżda mhux se jmur għall-olimpjadi ta’ Tokyo.
“Se nibqa’ mqajjem sa tard u niddeverti. Qatt ma bsart li seta’ jiġri dan meta bdejt il-karriera,” żied Bolt. Mhux se jonqsu l-pressjonijiet mis-segwaċi tieħu u sħabu biex jibqa’ sal-2020.