James Cameron, direttur ta’ films famużi bħal Titanic u Avatar, huwa l-producer ta’ ‘Search For Atlantis’, dokumentarju b’xeni miġbudin f’Malta. Dan id-dokumentarju se jintwera l-ewwel fuq National Geographic Channel u d-Discovery Channel Canada.
Cameron stqarr li minn dejjem affaxinah it-tiftix għall-verità storika u arkeoloġika li hemm wara l-mitoloġija tal-belt ta’ Atlantis. “It-tim ta’ esplorazzjoni se jinvestiga diversi teoriji dwar fejn verament kien l-Atlantis, min kienu n-nies misterjużi li abitaw f’din il-belt u x’diżastru laqatha biex ‘tinkines’ mid-dinja.”
Xeni oħra nġibdu f’Sqallija, Kreta, Santorini u Sardinja. Id-dokumentarju mistenni jintwera fuq livell internazzjonali fix-xitwa li ġejja.
Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis stqarr li din hija opportunità tajba biex jattira turiżmu mill-films.