Mil-ewwel ġurnata li l-film Titanic ħareġ fis-swali taċ-ċinima, fanatiċi ta ‘ din l-istorja ta’ mħabba baqgħu jistaqsu għalfejn wieħed mill-protagonisti, Jack, kellu jmut mewta kiefra filwaqt li Rose ngħatat iċ-ċans li tgħix.
Wara 20 sena u $2 biljun, id-Direttur irrisponda u qal li “Le, Jack ma setax isalva fuq iċ-ċatra flimkien ma’ Rose.”
“Hi raġuni vera sempliċi. Jekk taqra l-paġna 147 tal-iscript, tgħid, Jack irid jinżel minn fuq id-dgħajsa u jċedu postu lil Rose. Sempliċi,” qal id-Direttur James Cameron.
Cameron qal ukoll li “filwaqt li forsi vera li ċ-ċatra kellha tkun ħarira iżgħar, Jack kellu jmut bilfors, għax hekk kienet tgħid l-istorja.”