Waqt it-tlieta u sebgħin sessjoni tal-Kumitat Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-WHO, ġie mfaħħar is-sens ta’ tmexxija li wera pajjiżna fl-aħħar żminijiet fil-qasam tas-saħħa.
Fil-fatt, kien id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-WHO, Hans Kluge, li waqt li indirizza din is-sessjoni faħħar b’mod dirett lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, għat-tmexxija li wera b’mod partikolari waqt ix-xhur tas-sajf fejn l-Ewropa kienet maħkuma minn mewġa tas-sħana.
Qal, “I remember during the July heatwave, that Deputy Prime Minister Dr Fearne and me had discussions on how we should think to prepare our health systems to withstand the extreme weather events due to climate change that at a moment in the summer usually, the health systems can breathe before the autumn again they were under a lot of pressure and the workforce again could not rest and Dr Fearne and me called for a high level discussion that the EU, WHO and even at United Nations General Assembly at least for the small island states. Thank you so much Malta for this leadership.”
Din id-dikjrazzjoni xxejjen għal kollox dak li rrapportat il-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista, In-Nazzjon, l-Erbgħa li interpretat l-attendenza tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, f’din is-sessjoni tant importanti għall-qasam tas-saħħa fl-Ewropa, li qed titella’ fil-Kazakhstan, bħala xi safra b’kapriċċ.
Fil-fatt, In-Nazzjon ipprovat tuża l-attendenza ta’ Fearne bħala xi mossa biex iħalli lill-pajjiż waħdu. Il-verità, kif anke xehed Hans Kluge, hi totalment l-oppost, dan għax għall-kuntrarju ta’ dak li jagħmlu l-esponenti Nazzjonalisti barra minn xtutna, id-Deputat Prim Ministru jinsab għaddej b’ħidma favur pajjiżna.
Sadanittant, pajjiżna qed jilgħab parti importanti wkoll fil-ħidma li għaddejja biex l-Unjoni Ewropea, inkluż pajjiżna, tikseb il-mediċini b’mod kollettiv bi prezzijiet kompetittivi, liema ħidma tinsab fi stadji avvanzati.