Id-direttur mediku tal-Isptar Mater Dei, Dr Joseph Zarb Adami, fi stqarrija ippreċiża li t-tliet pazjenti li ngħataw il-mediċina oseltamivir, (bil-brand name tagħha Tamiflu), kollha qalbu għall-aħjar tant li l-ebda minn dawn il-pazjenti m’għadhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Id-Direttur mediku tal-Isptar Mater Dei jinsab iddispjecut li deċiżjoni klinika spiċċat ballun politiku, bil-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami joħloq allarmiżmu bla bżonn.
It-tabib Zarb Adami jistqarr li d-deċiżjoni li tintuża l-oseltamivir li kellha d-data ta’ skadenza maqbuża kienet waħda klinika.
“L-istqarrijiet tal-lum tal-Onorevoli Beppe Fenech Adami mhux biss qegħdin joħolqu allarm u sentazzjonalismu bla bżonn, iżda wkoll qed iqajjem dubji f’deċiżjonijiet kliniċi meħuda minn esperti fis-settur. Li nixtiequ mill-klassi politika hija li jawgurawlna l-ħidma t-tajba u mhux li jattakawna bla bażi ,” qal id-Direttur Mediku tal-Isptar Mater Dei, Dr Joseph Zarb Adami.