Id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali ngħaqad ma’ bosta voluntiera flimkien mal-familja tal-kelb Max.
Max huwa kelb tar-razza Golden Retriever li fis-7 ta’ Settembru intilef. Hu huwa l-kelb ta’ tifel li huwa nieqes mid-dawl u li flimkien ma’ familtu għal dawn l-aħħar jiem ilhom għaddejjin bit-tfittxijiet.
Permezz tar-riżorsi umani fi ħdan id-Direttorat se jkun qed jaħdem qatigħ biex jinstab Max fi tfittxija organizzata għada.
It-tfittxija se tkun qed issir għada fid-9:30 ta’ filgħodu bil-punt tat-tluq tat-tfittxija se jkun minn Ta’ Kandja fis-Siġġiewi.
Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u l-Benesseri tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, ħeġġet lil kulħadd biex jagħti s-sehem tiegħu f’din it-tfittxija hekk kif anke l-iċken informazzjoni jaf twassal għas-sejba ta’ dan il-kelb tant għażiż.