Tul il-jum tas-Sibt, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assista għal tliet operazzjonijiet different delekati, fi ftit sigħat.
Is-Sibt filgħodu – vettura, aċċidentalment ittajjar għadd ta’ persuni fuq il-monti ta’ Ħaż-Żabbar, fejn tħalli diversi persuni midruba, iżda lkoll f’kundizzjoni stabbli. L-ewwel indikazzjonijiet, urew li dan kien inċident, u ma sarx b’intenzjoni.
Tkellimna mad-Direttur Ġenerali tas-CPD, Peter Paul Coleiro, fl-isfond ta’ dawn l-inċidenti, li ġew ikkontrollati mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, fejn qal li x-xogħol f’dan l-ewwel każ, inqasam fi tliet partijiet.
Qal, “L-ewwel ħaġa, bdejna ngħinu lis-servizzi tal-Emerġenza, lit-tobba u l-infermiera, biex ċertu affarijiet inkunu nistgħu nagħmluhomlhom aħna, biex niffaċilitaw u huma jiffukaw fuq dak li huwa importanti. It-tieni ħaġa kienet li nagħmlu re-assessment taż-żona, għax f’inċident bħal dak, jista’ jkollok nies li jkunu ntlaqtu u jkunu mitlufin minn sensihom, u forsi ħadd ma jinduna bihom, u t-tielet ħaġa ridna nistabbilixxu, li ma kienx hemm xi periklu ieħor li seta’ jkompli jweġġa’ aktar lin-nies.”
Żied jispjega, kif huma għenu wkoll sabiex in-nies, jitwasslu permezz tal-ambulanzi fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll assistew fl-investigazzjonijiet.
Segwa l-inċident ta’ Ħaż-Żabbar, nirien f’parkeġġ f’Għawdex, li nbeda b’vettura li nħakmet min-nirien.
Stqarr, “Għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, f’Għawdex, fil-parkeġġ tas-Sixth Form, kien hemm karozza qed taqbad u l-units tal-Protezzjoni Ċivili rrispondew, u rriżulta li kien hemm karozza qed taqbad, vann proprjament, żewġ sulari taħt l-art, li ħa n-nar. Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili t’Għawdex, waqqfu n-nar u n-nar milli jinfirex aktar u kkontrollaw in-nirien.”
Is-Sibt filgħaxija, segwa nirien fil-fergħa tal-Bank of Valletta ta’ Ħaż-Żebbuġ, li minkejja l-operazzjoni delikata min-naħa tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, din issolviet fi ftit ħin.
Spjega, “Fid-21:30 ta’ filgħaxija, ġewwa Malta, bank prinċipali qabadlu ftit equipment, u l-istess, kellna nar, ġewwa bank. Ma kienx xi nar kbir, imma kien hemm ħafna duħħan, u l-membri tagħna daħlu u tfew dan in-nar ukoll.”