Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti, ġarr u tneħħija tagħhom, fosthom karozzi, pittura u xorb alkoħoliku.
B’kollox hemm 61 lott li jinkludi;
- 53 lott ta’ xorb alkoħoliku;
- 7 karozzi, kif ġej:
- Volkswagen Passat;
- Fiat Punto Hatchback;
- Ford Fusion;
- Ford Focus;
- Chevrolet Lancetti;
- Mazda 323; u
- Opel Astra; u
- Pittura waħda.
L-offerti jintlaqgħu mid-Direttur Ġenerali ġewwa l-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa bejn it-Tnejn 31 ta’ Mejju 2021 u l-Ħamis 3 ta’ Ġunju 2021 mit-8am sa nofsinhar u miis-1pm sal-4pm, u l-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju 2021, mit-8:00am san-12:00pm.
Biex wieħed jara lott, jiġbor formuli tal-offerti jew irid iktar informazzjoni, jista’ jaċċessaha mill-Auctions Section, Newport Bonded Stores, Marsa, jew inkella jċempel fuq 21237209 matul l-istess ġranet u ħinijiet imsemmija hawn fuq.