Il-Qorti Federali tal-Appelli rrifjutat it-talba tal-amministrazzjoni ta’ Trump biex immedjatament terġa ddaħħal fis-seħħ il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar li kienet imblukkata minn imħallef federali.
Il-projbizzjoni kienet fil-konfornt ta’ seba pajjiżi li huma fil-maġġoranza tagħhom Musulmani.
Avukati tal-Istati Uniti argumentaw li din il-projbizzjoni kienet tmur kontra l-Kostituzzjoni u diskriminatorja.
Imħallef federali f’Seattle iddeċieda kontra dak li ntqal mill-avukati tal-gvern, iġifieri li l-Qorti ma kellix il-kapaċita li tisfida l-ordni eżekuttiva ta’ Trump.
Il-projbizzjoni imħabbra l-ġimgħa l-oħra waslet għal diversi protesti u konfużjoni fl-ajruporti tal-Istati Uniti.
Dimostrazjonijiet oħra saru fil-jum tas-Sibt f’Washington, Miami u bliet oħra, u kif ukoll fi bliet kapitali Ewropej. Eluf ta’ nies ħarġu jipprotestaw f’Londra, filwaqt li protesti iżgħar saru f’Pariġi, Berlin, Stokkolma u Barċellona.