Il-President Amerikan Donald Trump ikkongraulta lill-President Tork Recep Tayyip Erdogan talli rebaħ referendum nhar il-Ħadd li għadda, li permezz tiegħu għandu poteri ġodda.
It-telefonata li għamel il-President Amerikan lil dak Tork tikkuntrasta bil-qawwi t-tħassib ta’ mexxejja Ewropej, li qed jinnotaw li r-riżultat, 51.4% favur li Erdogan ikollu aktar poteri, turi qasma fis-soċjetà Torka.
Erdogan ċaħad kritika dwar kampanja li ma kinitx eżegwita b’mod ugwali, u qal lil sforzi internazzjonli biex iżommu posthom u ma jindaħlux.