F’kummenti mit-Turkija l-Prim Ministru, Joseph Muscat, iddeskriva s-summit umanitarju bħala pass importanti fejn id-dinja fl-aħħar qed tiltaqa’.
Il-Prim Ministru qal li Malta bilfors tappoġġja inizjattivi bħal dawn għax hija l-vokazzjoni naturali tagħha u anke għax Malta ilha snin twal titkellem bħala pajjiż dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.
“Matul l-aħħar tliet snin argumentajna li din mhix kwistjoni ta’ pajjiż jew l-Ewropa, iżda tad-dinja,” qal il-Prim Ministru. Joseph Muscat tenna li dak li se joħroġ mit-Turkija huwa minimu iżda huwa bidu importanti.
ARA L-KUMMENT FIL-FILMAT
https://www.youtube.com/watch?v=HfBPxHfQERw&feature=youtu.be
Ritratt: Omar Camilleri, DOI