L-ekonomija globali mistennija tonqos bi 3% din is-sena, hekk kif l-ekonomiji ta’ pajjiżi madwar id-dinja qed jonqsu bl-iktar rati mgħaġġla fl-aħħar snin. Hekk stqarr il-Fond Monetarju Internazzjonali li ddeskrivha it-tnaqqis globali bħala l-agħar riċessjoni sa mill-kollass finanzjarju tat-tletinijiet.
Il-fond stqarr li l-pandemija daħlet lid-dinja fi kriżi ekonomika bla preċedent.
Il-fond kompla jispjega kif din it-tifqieha ser tkun qed tisfida l-abbiltà tal-gvernijiet u l-banek ċentrali li jikkontrollaw din il-kriżi.
L-ekonomista tal-fond monetarju internazzjonali, Gita Gopinath qed tisħaq li l-kriżi tista’ tara t-tnaqqis ta’ disa’ trilljun dollaru amerikan minn fuq il-Prodott Domestiku.