Dikjarazzjoni li mexxa ’l quddiem Pieter Omtzigt dwar l-inkjesta pubblika indipendenti li twaqqfet dwar l-omiċidju, ta’ Daphne Caruana Galiza hija għal darba oħra mifnija bi żbalji elementari.
Omtzigt serva bħala rapporteur tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali u d-drittijiet tal-Bniedem fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, il-Gvern innota fost oħrajn li skont id-dikjarazzjoni ta’ Omtzig, il-kariga ta’ Kummissarju għall-għaqdiet mhux goverantivi hija dipendenti fuq il-Gvern tal-ġurnata meta fil-verità din hija protetta minn ‘security of tenure’ spjegat fil-liġi.
Il-Gvern innota wkoll li s-Sur Omtzigt ma talabx il-veduti tal-Gvern Malti qabel ma għadda biex mexxa ’l quddiem din id-dikjarazzjoni.
Il-Gvern sostna li s-Sur Omtzigt għandu problema kbira ta’ kredibbiltà.
Fil-fatt huwa magħruf għall-involviment li kellu xi snin ilu biex jgħin xhud falz fil-mod kif iwieġeb id-domandi u biex jinfiltra laqgħa li għaliha attendew il-qraba tal-vittmi tat-tiġrif tal-ajruplan MH17.
Il-Gvern sostna li ma jista’ qatt ikollu fiduċja fl-integrità ta’ xi ħadd li għandu track record bħal dan.
Il-Gvern minflok irrefera għall-istqarrija li kienet ħarġet Marija Pejcinovic Buric, is-Segretarja Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa fil-21 ta’ Settembru li għadda, fejn kienet iddeskriviet il-ħatra ta’ inkjesta pubblika indipendenti bħala żvilupp pożittiv.