Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri kellu laqgħa mal-Ministru Federali għad-Difiża tal-Awstrija, Klaudia Tanner.
F’din il-laqgħa ġew diskussi bosta affarijiet ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi fosthom id-difiża u n-newtralità. Fuq nett tal-aġenda tal-laqgħa bejn iż-żewġ Ministri kien hemm il-koperazzjoni dwar id-difiża bejn l-istati membri newtrali tal-Unjoni Ewropeja, l-invażjoni tar-Russja tal-Ukrajna, kif ukoll l-immigrazzjoni irregolari.
Matul il-laqgħa l-Ministru Camilleri għamel ukoll referenza għall-Presidenza Maltija tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u kif din il-Presidenza qed tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet diplomatiċi u bilaterali ma’ pajjiżi oħra minn madwar id-dinja.