L-aħħar 10 snin kienu l-aktar snin sħan madwar id-dinja, bis-sena 2016 kienet l-aktar sena sħuna. Dan jikkonfermawh xjentisti li ġabru data ta’ miljuni ta’ temperaturi miġbura minn żoni differenti madwar id-dinja.
L-Aħħar 5 snin kienu kolletivament l-aktar sħan minn mindu bdiet tinġabar id-data lura fis-seklu 19. Is-sena li għaddiet ġiet irreġistrata it-tieni l-ogħla temperatura medja globalment.
L-istess data turi li t-temperaturi kienu 1.05°C aktar minn dawk irreġistrati fi żminijiet ta’ qabel l-industrijalizazzjoni.