Grazzi għal ekonomija vibranti, li baqgħet tikber bil-maqlub tal-bqija tal-Ewropa, id-dħul tal-Gvern Malti fit-tieni kwart ta’ din is-sena żdied b’mitejn u tlieta u tletin punt sebgħa miljun ewro, meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Dan wassal għal dħul kumplessiv ta’ ftit inqas minn żewġ biljun ewro, li kien ġej l-aktar minn dħul akbar mit-taxxi.
Fl-istess żmien ta’ April-Ġunju 2024, in-nefqa sħiħa tal-Gvern ammontat għal ftit iżjed minn biljun u disa’ mitt elf ewro, b’żieda taʼ madwar mija u sittin miljun ewro, l-aktar fil-benefiċċji soċjali u fit-titjib ta’ diversi ftehim kollettivi.
Ġie rreġistrat tnaqqis taʼ kważi mija u sebgħa u tmenin miljun fid-defiċit nazzjonali, waqt li, sal-aħħar taʼ Ġunju, id-dejn naqas bi ftit aktar minn mija u tmintax-il miljun.