Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena, id-dħul tal-Gvern żdied b’erba’ mija u sbatax-il miljun ewro, meta mqabbel ma’ sena qabel.
Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ li sa Lulju, id-dħul rikorrenti kien jammonta għal aktar minn tliet biljun u erba’ mitt miljun ewro.
Dan id-dħul ġie attribwit l-aktar miż-żiedet fit-taxxa tad-dħul, fl-għotjiet u anki fis-Sigurtà Soċjali.
Dan filwaqt li fin-nefqa, f’dan l-istess perjodu, kien hemm żieda ta’ kważi mija u tletin miljun ewro, meta mqabbel ma’ sena qabel.