B’effett mil-lum, il-kumpanija DHL Express ħabbru li kienu se jissosspendu l-ġarr ta’ kunsinji b’valur ta’ aktar minn $800 lil persuni individwali fl-Istati Uniti minħabba l-burokrazija tad-dwana dovuti għat-tibdil fir-regolamenti fl-Istati Uniti.
Dan it-tibdil huwa dovut għall-fatt li fl-Istati Uniti, mill-5 t’April, kull konsinja b’valur ta’ aktar minn $800 teħtieġ proċess formali biex tkun tista’ tidħol fil-pajjiż meta qabel il-limitu kien dak ta’ $2500.
DHL qal li kunsinji bejn negozji mhux se jkunu sospiżi iżda jaf jiffaċċjaw ittardjar u dawk il-kunsinji li l-valur tagħhom huwa anqas minn $800, sew jekk għal negozji jew indivdwi, mhux se jkunu affettwati.
DHL ikkonfermaw li kienu se jibqgħu jipproċessaw kunsinji minn Hong Kong għall-Istati Uniti skont ir-regolamenti tad-dwana li japplikaw u li kienu se jiggwidaw lill-klijenti jifhmu t-tibdil li se jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Mejju dan wara li l-uffiċċju postali ta’ Hong Kong issosspenda l-kunsinji kollha bil-baħar lejn l-Istati Uniti kawża tal-irtirar ta’ kummerċ ħieles minn tariffi għall-pakketti miċ-Ċina u Hong Kong.