Il-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, għarraf lill-Parlament illejla li hemm biss ħames kawżi li ilhom pendenti ħames snin u qal li dan, għall-Gvern, mhux aċċettabbli.
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista, Edwin Vassallo, li staqsa kemm hemm sentenzi fil-Qorti Kriminali, u dak Ċivili li ilhom jistennew is-sentenza tal-Appell aktar minn tliet snin ‘l fuq.
Huwa qal li kellu taħdidiet mal-Prim Imħallef u l-Gvern bi ħsiebu jibdel il-Kostituzzjoni biex jinstemgħu aktar każi tal-Appell.