Id-deputati Nazzjonalisti huma skomdi jwieġbu dwar l-aġir tal-Kap de facto Karol Aquilina.
Dan ħareġ b’mod ċar waqt li kienu qed jiġu mistoqsijin minn dan l-istazzjon biex jirreaġixxu għall-aġir ta’ Karol Aquilina, fost l-oħrajn, waqt li kienu deħlin għas-seduta Parlamentari li ddiskutiet il-mozzjoni b’solidarjetà mal-Ispeaker Anġlu Farrugia li spiċċa fil-mira tal-attakki estremisti tagħhom.
Ewlenin fost dawk li kienu skomdi jwieġbu kien hemm id-Deputat Beppe Fenech Adami li wieġeb hekk.
Ġurnalist: “Għall-vot tal-lejla ħa toħorġu ’l barra?”
Fenech Adami: “Issa x’se nagħmlu ħa noqgħod ngħid lilek, ħabib tiegħi.”
Beppe Fenech Adami, Deputat tal-PN
L-iskumdità fost id-deputati Nazzjonalisti ħarġet f’forom differenti, hekk kif fil-maġġoranza tagħhom għażlu li ma jwiġbux lill-ġurnalist biex, minflok, baqgħu deħlin fil-binja tal-Parlament.
Aqra aktar: