Tmien kandidati Laburisti oħra ġew eletti bħala Deputati fil-Parlament wara li disa’ Deputati Laburisti eletti fuq żewġ distretti ċedew siġġu minn distrett minnhom.
Id-disa’ Deputat Laburista huwa Dr Randolph De Battista li ġie co-opted wara mozzjoni fl-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.
De Battista ġie co-copted wara li fuq id-disa’ distrett ċedew żewġ kandidati u ma kienx hemm aktar kandidati Laburisti min jiġi elett għajr waħda.
ELEZZJONI KAŻWALI FUQ IT-TIENI DISTRETT
Siġġu vakat minn Clyde Caruana: Glenn Bedingfield ġie elett

ELEZZJONI KAŻWALI FUQ IT-TIELET DISTRETT
Siġġu vakat minn Owen Bonnici: Ray Abela ġie elett

ELEZZJONI KAŻWALI FUQ IR-RABA’ DISTRETT
Siġġu vakat minn Chris Fearne: Katya De Giovanni ġiet eletta

ELEZZJONI KAŻWALI FUQ IL-ĦAMES DISTRETT
Siġġu vakat minn Robert Abela: Omar Farrugia ġie elett

ELEZZJONI KAŻWALI FUQ IS-SITT DISTRETT
Siġġu vakat minn Ian Borg: Rosianne Cutajar ġiet eletta

ELEZZJONI KAŻWALI FUQ IS-SEBA’ DISTRETT
Siġġu vakat minn Silvio Schembri: Malcolm Paul Agius Galea ġie elett

ELEZZJONI KAŻWALI FUQ ID-DISA’ DISTRETT
Siġġijiet vakati minn Clifton Grima u Michael Falzon: Rebecca Buttigieg ġiet eletta u Randolph De Battista ġie co-opted


ELEZZJONI KAŻWALI FUQ IL-ĦDAX-IL DISTRETT
Siġġu vakat minn Miriam Dalli: Romilda Baldacchino Zarb ġiet eletta
