Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech reġa’ daħal l-uffiċċju għal ġranet ta’ xogħol normali. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat kien indispost wara li għadda minn intervent mediku. Minkejja li ma kienx fl-uffiċċju fl-aħħar ġimgħat, kompla jaħdem minn daru. Matul il-perjodu li kien imsiefer, l-impenji tad-dekasteru tiegħu għall-Affarjiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest elettorali waqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Prim Ministru.
Kien is-Segretarju Parlamentari fl-uffiċċju tiegħu, Ian Borg, li qal fuq Twitter kif kien jinsab kuntent bir-ritorn ta’ Grech lura l-uffiċċju.