Fl-okkażjoni tal-ħames sena mill-ftuħ tal-Jasmine Nursing Home, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar din id-dar tal-anzjani fl-Imsida, li fiha hemm 105 anzjan u anzjana.
B’sodisfazzjon innota li l-Jasmine Nursing Home toffri servizzi innovattivi lill-anzjani, anki grazzi għad-dedikazzjoni tal-impjegati.
L-anzjani urew l-apprezzament tagħhom għall-ħidma li qed issir f’dan is-settur mill-Gvern.
“Din id-dar tal-anzjani hija eżempju ċar ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-privat, u ħadt pjaċir nara t-terapiji differenti li jintużaw biex jgħinu lill-anzjani jibqgħu attivi mhux biss fiżikament imma anki mentalment.”
Il-Jasmine Nursing Home ġiet rikonoxxuta bi premji nazzjonali għat-terapija li tuża ma’ anzjani bid-dimensja u bl-Alzheimer’s imsejħa ‘Cognitive Stimulation Therapy’.
Ritratt: MFH