Matul il-jum tat-Tlieta d-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament, tal-Partit Laburista Chris Fearne żar il-Moskea f’Raħal Ġdid fejn iltaqa’ mal-komunità Musulmana f’Malta.
Fiż-żjara li kellu iltaqa’ mal-mexxej reliġjuż tal-Musulmani f’Malta l-Imam Mohammad Elsadi li rringrazzja l-Gvern u lill-Partit Laburista tas-sostenn u l-appoġġ li dejjem sabet il-komunità Muslumana f’Malta.
Id-Deputat Mexxej sema’ ukoll l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-Musulmani f’pajjiżna, b’mod partikolari fi ħruġ ta’ viżas għal qrabathom.
Fearne stqarr kif hemm ir-rieda politika biex jinstabu soluzzjonijiet kif ukoll awgura aktar ħidma bejn il-Gvern Malti u l-komunità Musulmana f’pajjiżna filwaqt li rringrazzjhom għall-kontribut tagħhom fis-soċjetà Maltija.