Waqt telekonferenza mal-Ministri għas-Saħħa u mal-Ministri għall-Intern Ewropej, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, tkellem dwar joint procurement bejn l-istati membri.
Id-Deputat Prim Ministru saħaq li l-joint procurement għall-ilbies protettiv, għall-ventilators u, eventwalment, għall-vaċċin, għandu jibda minnufih.
Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne tkellem ukoll dwar l-importanza li jiġu mobilizzati riżorsi finanzjarji, biex b’hekk il-pajjiż u l-qasam mediku jkollhom il-fondi neċessarji biex jikkumbattu l-Covid-19.
“Fuq kollox, dan hu żmien ta’ solidarjetà bejnietna bħala stati membri anke f’dak li għandu x’jaqsam immigranti illegali. Filwaqt li nemmnu li ħadd m’għandu jitħalla jmut bejn sema u ilma, issa aktar minn qatt qabel għandu jkun hemm koperazzjoni bejn l-istati membri. L-isfidi tal-immigrazzjoni illegali issa aktar minn qatt qabel ma tistax tinġarr kollha minn pajjiż wieħed jew minn ftit pajjiżi. Pajjiżi li s-sistemi tas-saħħa tagħhom diġà se jkunu qegħdin għaddejjin minn sfidi kbar bil-Covid-19,” qal id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.