Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne jinsab f’Dubaj għall-Kunsill Internazzjonali tal-SDG3 – Sustainable Development Goals tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Filfatt ġew diskussi l-għanijiet u l-miri fil-qasam tas-Saħħa tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Filwaqt li l-Ministru tas-Saħħa Malti huwa ċ-chair tal-Kunsill, il-membri huma kollha ismijiet kbar u prominenti fid-dinja tas-Saħħa.
Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Fearne tkellem dwar il-5 sfidi kbar fil-futur għall-qasam tas-saħħa.
1. Mard infettiv ġdid mimħabba tibdil fil-klima u reżistenza għall-antibiotiċi;
2. Żieda fil-popolazzjoni u l-migrazzjoni;
3. Mard relatat mal-affluenza bħall-obeżità, kanċer u dimensja – ir-raġuni ewlenija warajhom hija għax in-nies qed jgħixu aktar;
4. L-użu tat-teknoloġija u informatika;
5. Sostenibbiltà.
Dan il-Kunsill qed jaħdem biex jagħmel is-sistemi tas-saħħa madwar id-dinja aktar aċċessibbli.