Dr Naomi Cachia se tkun nominata bħala l-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista.
Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti propju wara l-ġurament tal-ħatra Chris Bonett, Glenn Bedingfield, Malcolm Paul Agius Galea u Omar Farrugia fil-Kabinett tal-Ministri.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prim Ministru Robert Abela tenna li l-għażla ta’ Cachia bħala Whip tal-Partit Laburista fil-Parlament hija xprunata mil-fatt li jemmen ħafna fil-ħiliet taż-żgħażagħ, it-talenti tagħhom u l-perspettiva li għandhom tal-ħajja.