Id-Deputat Mexxej u Deputat Prim Ministru l-ġdid, Chris Fearne ltaqa mal-ħaddiema taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fejn irringrazzjahom għax-xogħol li jagħmlu mhux biss tul il-kampanja elettorali iżda matul is-sena kollha biex iżommu partit u kwartieri ħaj u mimli attività.
Huwa ħeġġiġhom biex flimkien miegħu ikomplu jaħdmu aktar fi ħdan il-Partit biex il-Partit Laburista jibqa’ l-Partit rebbieħ.
Fearne qal li se jibda jiddedika ammont ta’ ħin fil-ġimgħa biex jibda jaħdem mill-uffiċċju l-ġdid tiegħu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, bl-għan li jibqa’ viċin id-delegati u l-attivisti.
Chris Fearne ġie elett bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament is-Sibt wara li kien l-għażla ta’ 51% tad-delegati li vvotaw.