F’Ġinevra, l-Iżvizzera, tlaqqgħet il-148 Assemblea Ġenerali tal-Unjoni Inter-Parlamentari, b’Malta tkun rappreżentata mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u żewġ deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra.
It-tema tal-laqgħa kienet id-diplomazija Parlamentari u t-tisħiħ tal-paċi.
Fid-diskors tiegħu, id-Deputat Laburista Randolph Debattista ttratta diversi temi attwali, inkluż il-gwerer li qed jaffettwaw l-għajxien ta’ eluf ta’ ċittadini fil-Lvant tal-Ewropa u fil-Lvant Nofsani.
Id-Deputat u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista wassal messaġġ favur l-imħabba bejn u fi ħdan il-popli u l-protezzjoni tad-drittijiet umani.
Qal, “It’s not gay people who should fight for gay rights, it’s not Palestinians who should fight for freedom, it’s not Ukrainians who should defend their territory, it’s for all of us to defend what is right and condemn what is wrong, it’s for all of us to defend human rights.”
F’din il-laqgħa, li ssir darbtejn f’sena, jiltaqgħu rappreżentanti ta’ Parlamenti minn madwar id-dinja biex jiddiskutu temi t’attwalità politika.