Id-Demokratiċi qed jevalwaw jekk għandhomx iżommu lil Joe Biden bħala l-kandidat għall-elezzjonijiet Presidenzjali.
Dan wara d-dibattitu Presidenzjali tal-ġimgħa l-oħra, fejn kienu bosta li qajmu dubju, dwar l-istat ta’ saħħa ta’ Biden.
Minkejja dan, Biden ipparteċipa f’żewġ avvenimenti b’rabta mal-kampanja, f’Pennsylvania – stat importanti li jista’ jiddetermina min jirbaħ din l-elezzjoni.
Dan ma waqqadx lid-Demokratiċi, milli jevalwaw jekk Biden, li għandu 81 sena, għandux jibqa’ f’din it-tellieqa f’isimhom.
Rapporti minn diversi siti internazzjonali, qalu li huma diversi li saħqu li Biden għandu jirtira, hekk kif il-probabilitajiet li Biden jirbaħ din l-elezzjoni f’Novembru ma jidhrux sbieħ.