L-eks astronawta Mark Kelly, reġa’ ġie elett bħala r-rappreżentant ta’ Arizona, fis-Senat Amerikan, li kkontesta wkoll għalih Blake Masters tar-Repubblikani.
Din il-kontestazzjoni kienet waħda importanti minħabba li dan is-siġġu fis-Senat għad-Demokratiċi, jħallihom biss siġġu ‘l bogħod sabiex dawn jiksbu l-maġġoranza.
S’issa għad fadal żewġ kontestazzjonijiet li għadhom mhux deċiżi, fl-istati ta’ Nevada u Georgia, li se jistabilixxu liema partit se jkollu l-kontroll ta’ dan l-organu importanti fid-demokrazija Amerikana.
Il-kontroll fis-Senat Amerikan huwa wieħed importanti hekk kif jaffettwa bil-kbir is-saħħa li għandha l-Presidenza Amerikana, tad-Demokratiċi mmexxija minn Joe Biden.
Għall-kuntrarju ta’ dak li kien antiċipat minn din l-elezzjoni, d-Demokratiċi llimitaw ferm it-telf ta’ siġġijiet fis-Senat, li hija n-norma li l-Partit li jkollu l-Presidenza jnaqqas is-saħħa f’dawn l-elezzjonijiet f’nofs il-leġiżlatura.